Mandriva Linux

           Struzzjonijiet ta' l-installazzjoni - Mandriva Linux 2007

   Konfigurazzjoni meħtieġa
     * Proċessatur Pentium jew kompatibbli
     * Drajv CDROM
     * Ta' l-inqas 32 MB RAM, 64 MB rakkomandat

   L-installazzjoni ta' Mandriva Linux, Ä¡eneralment tikkonsisti f'li
   sempliċiment iddaħħal is-CD tal-installazzjoni fid-drajv CDROM,
   u tirristartja l-kompjuter. Jekk jogħġbok irreferi għal punt 1.

   NOTA:

    * Jekk qed taġġorna minn sistemi Mandriva Linux 7.x, 8.x jew 9.x,
      tinsiex tieħu backup tas-sistema.
    * Aġġornamenti minn sistemi iżjed antiki (qabel 7.0) MHUX
      sapportit. F'dak il-każ, trid tagħmel installazzjoni ġdida
      mhux aġġornament.

============================================================================

   Hawn taħt issib id-diversi modi kif tinstalla Mandriva Linux:

    1. Ibbutja direttament mis-CD
    2. Oħloq flopi għall-ibbutjar mill-Windows
    3. Metodi oħra ta' installazzjoni

============================================================================

  1. Ibbutja direttament mis-CD

   Is-CDROM tal-installazzjoni kapaċi tibbutja. Ġeneralment, kemm
   iddaħħal is-CD fid-drajv u irributja l-PC. Segwi l-istruzzjonijiet li
   jidhru fuq l-iskrin: Agħfas [Enter] biex tibda' l-installazzjoni,
   jew agħfas [F1] għal iżjed għajnuna.

   NOTA:

   Fuq xi laptops, is-sistema tista' ma tkunx kapaċi tibbutja minn fuq
   is-CD. F'dak il-każ, trid toħloq flopi li jibbutja. Ara punt 2 għal
   iżjed dettalji.

============================================================================

  2. Oħloq flopi għall-ibbutjar mill-Windows

   Jekk il-kompjuter ma' jistax jibbutja minn fuq is-CD, trid toħloq
   flopi li jibbutja taħt il-Windows, kif ġej:

    * Daħħal is-CDROM, u iftaħ l-ikona "My Computer", klikkja
      bil-lemin fuq l-ikona tad-drajv CDROM, u agħżel "Open"
    * idħol fid-direttorju "dosutils" u
      klikkja doppju fuq l-ikona "rawwritewin"
    * daħħal flopi vojt fid-drajv flopi
    * agħżel "D:\images\cdrom.img" fl-element "Image
      File" (jekk id-drajv CDROM huwa
      "D:", altrimenti ibdel "D:" skond il-bżonn)
    * agħżel "A:" fl-element "Floppy Drive" a mbgħad
      klikkja fuq "Write".

   Biex tibda l-installazzjoni:

    * daħħal is-CDROM fid-drajv, kif ukoll il-flopi li tibbutja, u mbgħad
    * irristartja l-kompjuter.

============================================================================

  3. Metodi oħra ta' installazzjoni

   Jekk għal xi raġuni l-metodi ta' qabel ma jaqdux il-ħtiġijiet tiegħek
   (eż, trid tagħmel installazzjoni bin-netwerk, minn fuq apparat pcmcia
   jew  ...), trid ukoll toħloq flopi tal-ibbutjar:

    * Taħt Linux (jew sistemi oħra UNIX moderni), ittajpja fil-prompt:
      $ dd if=xxxxx.img of=/dev/fd0
    * Taħt Windows, sewgi l-metodi deskritt taħt punt 2, fuq, imma
      uża xxxxx.img (ara taħt) minflok cdrom.img.
    * Taħt DOS, jekk is-CD huwa drajv D:, ittajpja:
      D:\> dosutils\rawrite.exe -f install\images\xxxxx.img -d A

   Din hija lista ta' "images" li jibbutjaw:

  +-----------------+------------------------------------------------------+
  | cdrom.img       | installa mis-CD-ROM                                  |
  +-----------------+------------------------------------------------------+
  | hd_grub.img     | installa mill-ħard disk (minn sistema ta' fajls      |
  |                 | Linux, Windows jew ReiserFS)                         |
  |                 | tista' tikkonfigurah għas-sistema tiegħek hawn:      |
  |                 | http://qa.mandriva.com/hd_grub.cgi               |
  +-----------------+------------------------------------------------------+
  | network.img     | installa minn ftp/nfs/http                           |
  |                 | NOTA: tkun trid iddaħħal network_drivers.img         |
  |                 | fid-drajv tal-flopi meta' tkun mitlub                |
  +-----------------+------------------------------------------------------+
  | pcmcia.img      | installa minn apparat pcmcia (twissija, ħafna mill-  |
  |                 | apparat tan-netwerk pcmcia issa huwa sapportiti      |
  |                 | direttament minn network.img)                        |
  +-----------------+------------------------------------------------------+

   Tista' wkoll taħraq boot.iso fuq CDROM u tibbutja minn fuqha. Tissapporti
   l-metodi kollha tal-installazzjoni - cdrom, netwerk u ħard disk.

============================================================================

   Tista' wkoll tagħmel installazzjoni testwali jekk, għal 
   kwalinkwa raġuni, issib problemi bl-installazzjoni impliċita
   grafika. Biex tagħmel dan, agħfas [F1] fl-iskrin ta' merħba
   Mandriva Linux, imbgħad ittajpja text fil-prompt.

   Jekk għandek bżonn tirkupra sistema eżistenti ta' Mandriva Linux,
   daħħal is-CDROM tal-installazzjoni (jew flopi li tibbutja), agħfas
   [F1] fl-iskrin ta' merħba tal-Mandriva Linux, u ittajpja rescue
   fil-prompt.

   Ara http://www.mandrivalinux.com/drakx/README 
   għal informazzjoni iżjed teknika.

============================================================================

  Hawn taħt issib l-istadji prinċipali ta' installazzjoni:

   1. Daħħal is-CDROM ta' installazzjoni (jew flopi li tibbutja jekk
   hemm bżonn) u irristartja l-kompjuter.
   2. Agħfas [Enter] meta jidher l-iskrin tal-merħba ta' Mandriva Linux,
   u segwi l-istruzzjonijiet sew.
   3. Meta l-installazzjoni tkun lesta, neħħi is-CDROM meta din tinħareġ
   (u flopi jekk hemm waħda); il-kompjuter jirristartja. Jekk ma
   jirristartjax, irristartjah manwalment.
   4. Mandriva Linux jistartja. Wara li jibbutja, tista' tagħmel login fuq il-
   kompjuter billi tuża l-kont li ħloqt waqt l-installazzjoni, jew bħala
   "root".

   Nota importanti:

   Il-kont "root" jagħtik aċċess bla restrizzjonijiet
   għas-sistema Linux tiegħek. Tużax dan il-kont ħlief biex tikkonfigura
   jew tamministra l-Linux. Għall-użu ta' kuljum, uża kont tal-utenti normali
   li tista' tikkonfigura bl-għodda "userdrake", jew bil-kmandijiet
   "adduser" u "passwd".

                     Ħu gost b' Mandriva Linux

============================================================================

   Għal iżjed sapport, ara dan li ġej:

    * E-Support fuq http://www.mandrivaexpert.com/
    * Mandriva Linux Errata fuq 
      http://www.mandrivalinux.com/en/errata.php3
    * Avviżi ta' sigurtà Mandriva Linux fuq 
      http://www.mandriva.com/security/advisories/
    * Dokumentazzjoni online fuq http://www.mandrivalinux.com/en/fdoc.php3
    * Aqra u ssieħeb fid-diskussjonijiet online ta' Mandriva Club fuq 
      http://club.mandriva.com
    * Abbona mal-listi postali fuq 
      http://www.mandrivalinux.com/en/flists.php3
    * Arkivji tal-listi postali li tista' tfittex fihom fuq 
      http://marc.theaimsgroup.com/
    * Fittex fuq l-internet permezz ta' Google għal-Linux 
      http://www.google.com/linux
    * Fittex gruppi Usenet permezz ta' Google Groups fuq 
      http://groups.google.com/groups?group=comp

============================================================================